19, 20 u 21 t'Awissu 2011
Il Quddiesa ta' Nofs il-Lejl fl-Imgarr ser tixxandar diretta fuq dan is-site.
Presepju kbir , Malti qed jitlesta f'nofs il-Knisja, ritratti ser jittellaw dalwaqt!
Il-Festa ta' Santa Marija għaddiet u kienet suċċess ieħor, bl-għajnuna tal-voluntiera kollha, li mhux biss tellgħu festa mill-aqwa imma qagħdu sas-siegħat bikrin ta' filgħodu biex jiżżarma l-armar kollu. Grazzi lill-Kullħadd.
Merħba fis-sit il-ġdid tal-parroċċa tal-Imġarr, iddedikat għall-attivitajiet organizzati mill-Għaqda Kultura Festi Mġarr. Għalissa il-kontenut huwa kollu bil-Malti, imma qed naħdmu biex ħafna minnu jieġi tradott għall-ingliż wkoll. Min barra l-aħħar ħarga ta' Dawl il-Punent, il-fuljett tal-parroċċa, tistgġu taraw diversi ritratti u videos, kif wkoll il-Festa li ser tixxandar diretta hawnhekk.
Welcome to the new Imġarr parish website, dedicated to the activities to the village feast. Organized and co-ordinated by he 'Għaqda Kultura Festi Mġarr' - the village feast cultural committee. Currently, the content on this site in primarily in Maltese, due to the fact that most of it is drawn from the parish magazine, 'Dawl il-Punent' - literally; Northern Light. However we are working to translate much of it in English. In the meantime, you can still browse our selection of photos (ritratti) and videos, as well as follow the parish feast, which will be streamed live on this website.
Bil-Festa tibda is-serje ta' attivitajiet biex tfakkar il-mitt sena mit-tqegħid ta' l-ewwel ġebla tal-Knisja Parrokkjali, u disgħin sena sena mill-wasla tal-vara ta' Santa Marija. Fil-programm tistgħu taraw l-attivitajiet li hemm pjanati għall-din l-okkażżjoni. Filwaqt li fil-paġna tar-ritratti u videos hemm wirja sabiħa ta' x'sar matul dawn is-snin.
Kien l-ewwel ta' Ġunju 1912 meta l-ewwel kappillan ta' l-Imġarr, Dun Ġlormu Chetcuti, fis 7:00 ta' filgħaxija bierek salib kbir ta' l-injam u l-għada qiegħed l-ewwel ġebla ta' dik li saret il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija. Għalkemm dan jidher bħala l-ewwel pass, Dun Ġlormu kien ilu snin jiprepara dan il-progett kbir. Meta ħa il-pusses bħala l-ewwel Kappillan tal-Imgarr, fil 1903, huwa diga faddal xi ftit flus u kellu mudel kif kienet ser tinbena din il-Knisja, mfassla wara tal-Karmnu, fl-Imdina bil-koppla elittika u t-tqassim ta-kappelli u il-kappelluni. Kien wkoll kellem lill surveyor u foreman, Gio Maria Camilleri, biex jagħmel pjanta u jagħtih parir.
Kien Dun Ġlormu stess, fil 1939, li bierek il-Knisja li huwa fassal u li b'kuraġġ kbir beda il-bini tagħha. Għaxar snin wara it-tqegħid ta l-ewwel gebla, meta il-Knisja il-ġdida bdiet tieħu l-għamla u kienet bdiet tintuża għaċ-ċelebrazzjonijiet, l-Imġarrin bdew juru ix-xewqa li jkollhom statwa ta' Santa Marija li tixraq lill-parroċċa, li bdiet tikber u tingħaqad. Il-ġbir tal-flus għall-knisja, biex hija tkompli tinbena mingħajr waqfien, ma kellux jieqaf jew jonqos. Għalhekk, Vitor Zarb (ta' Nemusa) kellu biċċa xogħol biex jikkonvinċi il-Kappillan. Imma irnexxielu, u bosta benefatturi għenu (lill-hemm mill għotja fa' flus għall Knisja) biex tinxtara l-istatwa li waslet fit-18 t'April 1922, u f''Awissu ta' dik is sena, ħarget proċessjoni fit-toroq Imġarrin. L-ewwel reffiegħa kienu l-beneffaturi stess li ħallsu għall-istatwa.
reference: 'L-Imġarr' by Mons. Alwiġ Deguara