Lejla Mgarrija – Grajja ta’ 25 sena
L-idea ta’ “Lejla Mgarrija” nibtet meta fis-sajf ta’ 1982 grupp ta’ l-Azzjoni Kattolika minn Malta, fosthom membri mill-Imgarr, attenda ghall-‘International Camp’ fl-Isvizzera. F’wahda mill-hargiet il-grupp ittiehed f’belt zghira fejn, kull hamsa u ghoxrin sena u f’diversi pjazez, issir festa ta’ zfin, esebizzjonijiet ta’ artiggjanat fil-hgieg, fl-injam u fil-hadid kif ukoll ‘stands’ ta’ ikel u xorb tipiku tal-post, b’enfasi fuq il-birra.
Lura Malta l-esperjenza ta’ l-Isvizzera baqghet thewden fil-mohh Malti specifikament f’dak Imgarri. Bil-ghan li ssir xi haga simili fir-rahal taghna, is-Sur Pawlu Vella, illum is-Sindku ta’ l-Imgarr, kellem lis-segretarju tal-Kumitat Guvintur ta’ l-Azzjoni Kattolika, is-Sur Censinu Vassallo. Ressqu l-proposta lid-‘Direttorju Parrokkjali’. Gie deciz li, sabiex tissebbah il-festa ta’ Santa Marija u sabiex l-emigranti Mgarrin li kotrana jkunu Malta f’dan iz-zmien tas-sena jdewwquhom xi haga gdida, issir ‘Lejla Mgarrija’ fuq iz-Zuntier tal-Knisja l-Gimgha lejliet lejliet Santa Marija. Dan kollu sehh fis-sajf ta’ 1983 u kienet l-ewwel darba f’Malta li giet organizzata haga bhal din. Kienu saru l-kompetizzjonijiet ta’ l-imbid, ta’ l-arrangamenti ta’ fjuri kif ukoll bejgh ta’ ikel tradizzjonali Malti u programm ta’ kant u zfin fuq il-palk. Kienet serata ta’ success tant li ‘Lejla Mgarrija’, kontra kull pjan, baqghet issir kull sena, dejjem tikber fl-organizazzjoni taghha u, permezz tal-midja, dejjem izzid fil-popolarita’taghha fost il-Maltin. Mal-medda taz-zmien l-esebizzjonijiet u l-kompetizzjonijiet varjaw. Prominenti fosthom insibu;
- Frott u hxejex
- Imbid
- Arrangamenti ta’ fjuri
- Fotografija
- Karettuni mzejnin bil-prodotti tar-raba’
- Ghasel
- Xoghol tal-idejn
- Irkaptu tas-sajd
- Ghodod agrikoli antiki u moderni
- Karozzi antiki
- Tpingija tat-tfal
- Bejgh ta’ ikel Malti, haxix u frott
Fl-1993 twaqqfet il-‘Kummissjoni Lejla Mgarrija’ u sar l-ewwel ‘draft’ ta’ l-istatut. Din il-Kummissjoni “hija responsabbli mill-organizazzjoni ta’ lejla socjali u kulturali fil-bidu tal-Kwindicina tal-Festa ta’ Santa Marija”.
Fl-1995 il-Ministeru ta’ l-ikel, Agrikoluta u Sajd, ferm konxju mill-kontribut kbir li kienet qed taghti ‘Lejla Mgarrija’ fit-tishih tal-prodott agrikolu Malti u fiz-zamma tat-tradizzjonijiet Maltin u folklor Malti, beda jaghti ghotja finanzjarja lill-Kummissjoni, kif ukoll ‘Challenge Cup’ li tigi pprezentata mill-ministru attwali lir-rebbieh li jkollu l-iktar punti fil-kompetizzjoni tal-frott u l-hxejjex.
Fis-sena 2000 il-Kunsill Lokali tal-Imgarr ukoll beda jikopera flimkien mal-Kummissjoni Lejla Mgarrija sabiex ikompli jkabbar din l-attivita’ kulturali tant importanti fir-rahal taghna.
Fl-2006 ‘Lejla Mgarrija’ giet mifruxa fuq jumejn, is-Sibt wara l-hrug tal-vara minn nicca jsir programm qasir fuq il-palk u l-Hadd jintlahaq il-qofol bl-attivitajiet principali li diga semmejna.
Maz-zmien gew stabiliti xi regolamenti li jiggwidaw tmexxija serja ta’ ‘Lejla Mgarrija’.
Regolament principali minn dejjem kien u ghadu li l-kompetizzjonijiet kollha huma miftuha ghal “ kull min joqghod fl-Imgarr u fil-limiti tieghu”. Sabiex tigi riflessa l-bidla fil-komunita’ ta’ l-Imgarr maz-zmien setghu jidhlu wkoll dawk li ma joqoghdux l-Imgarr imma huma Mgarrin.L-arrangamenti tal-fjuri jridu jkunu bi fjuri naturali, jinhadmu fuq il-post u f’hin stipulat. Dan jghodd ukoll fil-kompetizzjoni tal-frott u l-hxejjex.
Fil-kompetizzjoni ta’ l-imbid, dan irid ikun maghmul mill-kompetitur innifsu.
Il-premju jista’ ma jinghatax jekk ma jintlahaqx il-livell.
Ghal kull kompetizzjoni jinhargu applikazzjonijiet li jkollhom regolamenti specifici marbutin maghhom u li jistghu jinbidlu minn sena ghall-ohra.
Il-gurija ta’ kull kompetizzjoni trid tkun maghmula min-nies professjonali fil-qasam taghhom u li m’humiex Imgarrin.
‘Lejla Mgarrija’ dejjem mexxiet ‘l quddiem it-talent Imgarri. Hu ghal dan il-ghan li jintrema’ palk kbir fuq iz-zuntier. Fuqu jsir spettaklu ta’ talent lokali bhal kant, rectar, zfin tradizzjonali u kostumi tipici Maltin. Xi personalitajiet fil-qasam ta’ l-ispettaklu jigu mistiedna sabiex, barra li jghollu l-prestigju ta’ Lejla Mgarrija, iferrhu wkoll il-kotra migbura fuq iz-zuntier.
Personalitajiet distinti Maltin dejjem onorawna bil-prezenza taghhom u bil-prezentazzjoni ta’ tazzi u trofei lir-rebbieha. Fost dawn insibu Presidenti ta’ Malta, ‘Speakers’ tal-kamra tad-Deputati u Ministri tal-gvern, Kappillani, xi sacerdoti li jkunu qed jiccelebraw xi gublew, kif ukoll is-sacerdoti novelli ta’ l-Imgarr, dejjem kienu mistiedna sabiex jipprezentaw il-premjijiet.
Karatteristika ewlenija ta’ ‘Lejla Mgarrija’ hi l-karita’. Ghalhekk kull min jidhol ghal-kompetizzjoni tal-frott u l-hxejjex hu marbut li l-prodotti ghall-wiri jinghataw kollha lill-Istituti tal-Karita’. Ta’ min jghid li d-Dar tal-Provvidenza dejjem ibbenefikat minn dawn l-ghotjiet.
‘Lejla Mgarrija’ qanalet u qed tqanqal hafna nteress f’dawk kollha li jixtiequ juru hidmiethom u/jew jikkompetu fid-diversi aspetti taghha. Sabiex Lejla Mgarrija tghallem u sabiex issir aktar accessibli gieli saru korsijiet bi preparazzjoni ghall-kompetizzjonijiet ez. Kors ta’ l-arragamenti ta’ fjuri; kors tal-fotografija; kors ghat-tfal fuq it-tpingija.
Dan kollu ma kienx ikun possibli minghajr id-dedikazzjoni tal-membri tal-Kummissjoni Lejla Mgarrija, li ta’ kull sena jibdew jippreparaw minn xhur shah qabel u l-ghajnuna tal-voluntiera kollha li ta’ kull sena jiddedikaw hafna hin fil-preparazzjoni u t-tmexxija ta’ din is-serata’. Matul is-snin sar innutajna li l- partecipanti kollha li jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet jiehdu mpenn li sahansitra jkabbru prodotti tal-biedja apposta ghal din l-okkazjoni. Grazzi mill-qalb lil kulhadd.
L-iskop li ghalih kienet u ghada tigi organizzata Lejla Mgarrija, kien li tinghata Glorja lil Alla u lil Sidtna Marija permezz tal-hidma u tat-talenti tan-nies tal-Lokal. J’Alla din l-attivita’ tkompli tkun mezz ta’ ghaqda fost il-poplu Mgarri kollu!
